Fid-diskors tal-ftuħ ta’ dan is-seminar, ic-chairman tal-Fondazzjoni IDEAT Aaron Farrugia qal li IDEAT organizzat dan is-seminar f`kuntest fejn ħafna tfal qed jimxu l-quddiem u jiksbu suċċess iżda għandna numru ta` tfal li qed jaqgħu lura. Mhux għax dan hu tort tagħhom iżda għax jinsabu f`ċirkustanzi partikolari. Farrugia semma l-fatt li l-faqar fost it-tfal tagħna mhuwiex biss riżultat ta’ problemi finanzjarji, izda ħafna drabi ġej minn deficit ta’ edukazzjoni, stabilita fil-familja, problemi relatati ma` saħħa fiżika u saħħa mentali. Farrugia, sostna li l-istat għandu jassigura li joffri opportunitajiet ekwi biex kull tifel u tifla jilħqu l-ambizzjonijiet u l-potenzjal tagħhom b’mod diċenti. Għal Farrugia, dan jista jsir biss bi Gvern proattiv li jfassal politika ħolistika biex ikollna pajjiż li jixraq lill-uliedna.
Tweet









No comments yet. Be the first!