JOIN OUR
MAILING LIST




Continue to website >>

Blog

  • Rebha ghal-poplu Daniz u ghal-politika progressiva fl-Unjoni Ewropeja.

    Posted Sep 21st, 2011 By in Blog With | No Comments

    Ir-rebħa tal-koalizzjoni taċ-ċentru xellug immexxijja minn Helle Thorning Schmidt illum ġewwa d-Danimarka tkompli tikkonferma li ċ-ċittadini Ewropej iridu r-riżultati u s-soluzzjonijiet għall-isfidi tagħhom u mhux ir-retorika vojta tal-forzi Konservattivi. Il-forzi konservattivi, li sal-llum il-ġurnata għandhom maġġoranza fil-Kummissjoni Ewropeja, il-Kunsill tal-Ministri u l-Parlament Ewropew fallew milli jsibu soluzzjoni għal-kriżi ekonomika internazzjonali u għar-riċessjoni li daħlu lill-pajjiżi rispettivi tagħhom fiha. Il-politika tagħhom li tissarraf biss f` miżuri ta` awsterita qed tpoġġi l-munita Ewro f` riskju kbir u eluf ta` familji f` riskju ta` faqar. Iktar minn hekk din il-politika kisret lill-middle class, lill-ħaddiema u falliet milli tkabbar l-ekonomija tal-pajjizi rispettivi tagħhom. Il-pajjizi Ewropej illum jinsabu f` sitwazzjoni fejn qed jaraw l-ekonomiji tagħhom jikrollaw fl-istess żmien meta pajjiżi oħra bhaċ-Ċina u l-Indja qed ikabbru l-ekonomiji tagħhom b` rata fenomenali. Wasal iż-żmien li permezz ta` politika progressiva u mexxejja Ewropej li lesti jieħdu d-deċizjonijiet ibsin, l-Unjoni Ewropeja terġa tieħu postha fost l-aqwa ekonomiji fid-dinja. Ir-rebħa taċ-ċentru xellug illum fid-Danimarka se tkompli tingħaqad ma` katina ta` rebħiet oħra fl-Ewropa biex eventwalment ikun hemm maġġoranza progressiva fl-istituzzjonijiet Ewropej. Rebħiet simili huma meħtiega is-sena d-dieħla ġewwa Franza u l-Germanja.

    • delicious
    • digg
    • reddit

Leave a Reply


No comments yet. Be the first!