JOIN OUR
MAILING LIST




Continue to website >>

Blog

  • L-effett Franco Debono

    Posted Nov 13th, 2011 By in Blog With | 2 Comments

    Ilkoll nafu li mhuwiex facli ghal-backbencher ta` kull naha tal-kamra biex jiehu dik il-media exposure li tghinu juri l-hidma tieghu fil-politika lokali bil-ghan li jerga’ jigi elett fil-legislatura ta’ wara. Ghal Franco Debono dan kien facli hafna u dan billi ha vantagg mill-maggoranza ta’ siggu wiehed li l-Partit Nazzjonalista ghandu fil-Gvern. Ghax, ejja nghiduha kif inhi, kieku Franco Debono ghamel dak li ghamel fil-legislatura ta` qabel din, bil-maggoranza ta` siggijiet li l-PN kellu, l-effett Franco Debono kien ikun inezistenti. Ilkoll niftakru meta Austin Gatt kien jghid li l-Gvern tieghu jista’ jimxi b’gaffa fil-Parlament u dan ghax ghandu maggoranza ta` 5 siggijiet. Ilkoll niftakruh jghid li l-parlament kien sar biss timbru.
    Franco Debono irribella. Ghaliex? 3 fatturi. L-ewwel ghax nemmen li Franco jhoss (bhal numru ohra ta` backbenchers fuq iz-zewg nahat) li hu jista’ jaghmel bicca xoghol ahjar mill-Ministri fil-kabinet.  Il-private members bill li hu ressaq juri bic-car li mhuwiex lest jistenna wisq lill-Gvern tieghu jimxi bil-kalma (lajma) kollha li jinsab fiha biex jimplimenta r-riformi mehtiega. Ghalhekk dan jixhed li filwaqt li Franco Debono hu konservattiv “di natura”, nemmen li Franco hu politiku “riformista”.  L-inizjattivi li ha, fosthom dwar it-tfassil ta` ligi li tirregola l-iffinanzjar tal-partiti politici, tkompli tixhed dan.

    It-tieni fattur: Franco Debono jaf li qieghed fuq l-istonku tal-PN. B` nies godda fit-tmexxija bhal Karol Aquilina, jaf zgur li se jsib il-bibien maghluqa fl-elezzjoni li gejja. Ma kellux wisq fejn idur ghax hu backbencher u allura ried juri x’kapaci jaghmel minn issa. Is-siggu wiehed maggoranza li ghandu GonziPN tah il-vantagg li wassal lill-Prim Ministru jpoggi bil-qeghda u jkollu jisma’ dak kollu li Debono kellu xi jghid. L-attakk fuq ir-riforma kif saret fit-trasport pubbliku ghenet ukoll biex isir attakk fuq Austin Gatt u allura attakk indirett fuq Manuel Delia li lkoll nafu li qieghed jigi imbuttat biex flimkien ma’ kandidati ohra bhal Herman Schiavone itajru min-nofs lil-Debono fl-elezzjoni li jmiss.

    It-tielet fattur: Franco Debono jaf li l-PN kapaci jitlef l-elezzjoni li jmiss u allura ma jridx jeghreq ma` dan il-vapur. Irid juri li hu ma jaqbilx mal-mod kif qed jimxu l-affarijiet u dan ipoggih f ‘pozizzjoni biex wara l-elezzjoni generali jkun f ‘team gdid taht tmexxija gdida f’kaz li l-PN jitlef l-elezzjoni generali li jmiss.

    Nemmen li Franco Debono pero’ tilef il-kontrol tas-sitwazzjoni. Ma qbilt assolutament xejn mal-mod kif fisser il-vot tieghu fil-Parlament dwar il-mozzjoni ta` sfiducja f` Austin Gatt. Debono qabel kelma b`kelma mal-mozzjoni imressqa mill-PL izda imbaghad astjena fil-parlament ghax qal li ried isib bilanc bejn il-lealta’ lejn il-poplu u il-lealta’ lejn il-Partit Nazzjonalista. Dan wassal biex idur kwazi full circle izda jerga’  jmur lura fl-ahhar sekonda. Qisek sejjer vjagg twil lejn l-Awstralja u tghaddi minn xi 3 airports transit. Hekk kif l-ajruplan ikun kwazi wasal l-airport ta` Sydney jerga’ lura Malta. Debono haseb li Austin Gatt kien se jirrezenja qabel ma jittiehed vot fil-parlament izda dan ma sarx. Ghalhekk kellu jerga’ jmur zewg passi lura u jastjeni.

    Franco hu politiku tas-seklu 21? Hekk qieghed jghid. Ma jaccettax it-titlu ta` ribell. Barra minn pajjizna naraw Deputati Parlamentari li kemm il-darba jivvutaw kontra l-istruzzjonijiet tal-whip. Xejn ta` barra minn hawn. Pero’ ebda vot ma jiddistabilizza l-Gvern ghax kif nghidu, il-Gvern xorta jibqa’  jgawdi maggoranza. Gvern jidhol f ‘inkwiet jekk jitlef il-maggoranza bhal ma gralu Berlusconi ftit tal-jiem ilu.  Meta wiehed jikkunsidra ic-cokon ta` pajjizna jasal ghall- konkluzjoni li deputat mhux facli jmur kontra l-partit tieghu ghax jew hemm maggoranza zghira u allura hemm ir-riskju li jiddistabilizza l-Gvern jew hemm maggoranza kbira u allura dak li jghid hu, jaqa’ fuq widnejn torox. Ghalhekk nishaq li Franco Debono uza ghall- vantagg tieghu l-maggornaza ta` siggu wiehed li l-PN ghandu fil-Gvern.

    L-effett Franco Debono

    1) GonziPN jibqa’ mfakkar ghal mod kif ebda persuna , ebda ministru, ebda advisor m`hu kapaci jassumi responsabilita’ ta’ dak li jaghmel. Ma tezistix il-kultura tar-rizenji. Tezisti biss il-kultura tal-kodardi.  Tara pajjizi ohra vicin taghna fejn Ministru jurik l-irgulija tieghu mhux meta jghajjat biex jitkellem, mhux meta jghajjar lid-deputati tan-naha l-ohra, izda meta jassumi r-responsabilita ta` ghemilu u jaghraf li zmienu ghadda.

    2) Lawrence Gonzi tilef it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Hbieb personali tieghi li huma membri u attivisti fil-PN qaluli li jekk ma hareg xejn mill-effett Franco Debono, hareg bic-car kemm Lawrence Gonzi illum hu dghajjef u tilef it-tmun tal-Partit Nazzjonalista u tilef ir-rispett tal-membri u attivisti nazzjonalisti. Il-mument li kellu jdur fuq Eddie Fenech Adami biex jghinu jikkonvinci lil Franco Debono jerga’  jahsibha kien il-mument li fih Gonzi gharaf li tilef il-kontrol tal-partit u li zmienu ghadda.

    ps. Qaluli li kien hemm xi blogger li qal li jien ma kontx korrett meta ghidt li Franco Debono ma` tkellimx f` dik is-seduta partikolari. Hemm min haseb li ghax Franco Debono f ‘minuta jew tnejn thalla jghid li kien hu stess li ssuggerixxa vot ta’ fiducja fil-Gvern u li kien qal minn hafna qabel li se jivvota favur il-mozzjoni, allura dan ma giex iccensurat. Dazgur li kien. Franco Debono ma tkellimx kif kellu jitkellem dakinhar ghax tawh biss 2 minuti ezatt bhal ma tawh 5 minuti biss fil-mozzjoni ta` sfiducja f Austin Gatt (li imbaghad saru 40 minuta grazzi ghall-Partit Laburista). F’dawk l-40 minuta il-Partit Nazzjonalista thezzez. M’hemmx bzonn nghidilkom x’kien jigri kieku minflok 2 minuti, Franco Debono thalla jitkellem ghal 40/50 minuta. Jahasra, ma jitghallmu qatt!

     

    • delicious
    • digg
    • reddit

Leave a Reply


Comments (2)

Reply
annie micallef » 13. Nov, 2011

Jien ma jimpresjonaniex Franco Debono,ax kuldarba ma jaqbilx u allajbierek meta jigi biex jivvota mux kapaci jamel li andu jamel,ghalija qed jiprova jinhabb miz zewg nahat,jaqlalom ,(u ma jiswa xejn) ax imbad jivvota favur.Jien ghalija mux ragel jekk ma naqbilx mux bil paroli biss ax paroli biss ghandu,din mux k ewwel darba li ghamila mela ahjar ma jghid xejn mil lewwel mux imbad nigi qiesni pupu f idejn Gonzi!

Reply
aaronfarrugia » 13. Nov, 2011

Willie Grech (wg121255@gmail.com – Submitted on 2011/11/13 at 1:37 pm) posted the following:

Ghaziz Aaron,

“Bhal numru ohra ta` backbenchers fuq iz-zewg nahat.” Nemmen li din il-frazi kienet ftit mhux flokha, specjalment meta int inkludejt ukoll lin-naha ta’ l-Oppozizzjoni (in-naha tal-Partit tieghek).

RISPOSTA :Hekk hu. Jien ktibt hekk “L-ewwel ghax nemmen li Franco jhoss (bhal numru ohra ta` backbenchers fuq iz-zewg nahat) li hu jista’ jaghmel bicca xoghol ahjar mill-Ministri fil-kabinet”. Dan ifisser li numru ta` backbenchers, kemm fil-PN u kemm fil-PL jemmnu li jistghu jaghmlu bicca xoghol ahjar mill-Kabinet prezenti. M`ghamilt ebda referenza ghal-kabinet iffurmat minn Gvern Laburista fil-futur.

Int trid izzomm quddiem ghajnejk li int ufficcjal gholi tal-partit. Allura certu kritika, aktar u aktar meta ghadna ma nafux ezatt min ser ikunu l-ministri taht gvern laburista, hija wahda zbaljata. Jigifieri int diga taf li ser ikollna ministri taht gvern laburista li mhumiex kapaci jew li ser ikun hemm backbenchers kapaci aktar minnhom?

RISPOSTA :D an kollu hu irrelevanti. M`ghamilt ebda referenzi ghal Kabinet iffurmat mill-Partit Laburista. Qed nifhem li kien hemm misunderstanding min-naha tieghek.

Naghlaq billi nistaqsik: Jekk xi darba int tkun fil-parlament u tkun biss backbencher, taghmel xi haga simili ghal dak li ghamel Franco Debono? Lest li, anke jekk il-PL fil-gvern ikollu maggoranza biss ta’ siggu wiehed, tivvota sahansitra kontra l-partit?

RISPOSTA: Ghalkemm ninsab fil-politika, ma` jfissirx li ghandi bzonn il-politika ghall-ghixien tieghi ta` kuljum. Ghandi professjoni u meta rrid nista nitlaq mill-politika. Ghaliex qed nghid hekk? Ghax jekk xi darba nigi f` dik il-pozizzjoni jien naghzel li nwarrab minn Membru Parlamentari. Il-lealta lejn il-Partit hi importanti ghalija. Ma jfissirx li fejn ma naqbilx naghlaq halqi. Bhal ma` taf int, meta ma` qbiltx ma` xi haga arguentajt u ghaddejt il-hsibijiet tieghi. Meta l-Partit jiehu linja finali, jien nimxi maghha. Jekk imbad nara li dik il-linja jien ma nistax insegwiha, ikun wasal iz-zmien li ncedi posti. Hekk nemmen u hekk naghmel f`dik il-pozizzjoni. Naf li f`qalbek qed tghid “Kellu bzonn kulhadd kien hekk”.

Nistenna minn ghandek!

Sellili Willie.