Nhar il-Ġimgħa, 17 ta` Ġunju, fuq l-istedina tas-Segretarju tal-General Workers Union, indirizzajt il-laqgħa ġenerali tat-taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi immexxijja mis-Segretarju is-Sur Cory Greenland. Ir-rapport Amministrattiv wera biċ-ċar li din it-taqsima hija fost l-iktar ħabrieka, moderna u li għarfet timxi maż-żminijiet biex irnexxiela tattira numru ta` ħaddiema minn setturi varji fi żminijiet fejn unions oħra fl-Ewropa raw tnaqqis sostanzjali fil-membri tagħhom. Perswaz li l-qafas li ħadmet fih din it-taqsima matul ix-xhur li għaddew għandu jservi biex jagħti lit-tmexxija ta` din it-taqsima pjattaforma għal iktar ħidma li għandha tissarraf f benefiċċji għal ħaddiema Maltin u Għawdxin.
Fid-diskors tiegħi elenkajt l-isfidi li l-Unions f’ Malta u fl-Ewropa qed jiffaċċjaw, ir-riformi meħtieġa biex jibqgħu relevanti fid-deċenju li jmiss u l-opportunitajiet li għandhom quddiemhom. Sostnejt li l-isfidi li qegħdin niffaċċjaw illum bħala ċittadini Ewropej huma simili għal sfidi li ffaċċjajna fil-passat, passat li għallimna li biex negħlbu l-isfidi jeħtieġ li l-ħaddiema izommu l-għaqda bejniethom. Sħaqt li ċ-ċavetta għal din l-għaqda hi li f’pajjizna jkun hawn kungress tat-trejdunjins kollha.
Sfidi
Fl-aħħar xhur, trejdunjins fl-Ewropa raw bidliet kbar fl-ambjent li jaħdmu fih. Amministrazzjonijiet Konservattivi introduċew bidliet kbar fil-leġislazzjoni f’dak li għandu x` jaqsam mad-drittijiet tal-ħaddiema flimkien ma politika neo-liberali fejn numru ta` ħaddiema bdew jiġu impjegati b’ kuntratti temporanji. Dan wassal biex il-collective bargaining power ġie mxellef. Akkumpanjat ma` bidliet oħra li esperjenzajna fl-aħħar snin fejn rajna tnaqqis drastiku f`impjiegi marbuta mal-manifattura u zieda f`impjiegi marbuta ma servizzi biex ersaqna iktar lejn is-soċjetà u l-ekonomija ta’ l-għerf. Dawn huma fenomeni li llum huma ukoll prezenti ġewwa pajjizna speċalment fil-qafas ta’ impjiegi governattivi.
Tkellimt ukoll dwar il-globalizzazzjoni u l-effetti tagħha. Dan il-fenomenu ukoll biddel ix-xenarju li jaħdmu fih it- trejdunjins b` rivoluzzjoni fis-settur tat-teknoloġija u b`kumpaniji kbar jitrasferixxu l-fabbriki u l-azjendi tagħhom f`’postijiet fejn il-fatturi tal-produzzjoni huma l-irħas u li ma jnaqqsu xejn mil-kwalita tal-prodott tagħhom.
It-tibdil fid-demografija ta` pajjizna wassal ukoll biex numru ta` setturi bħal penzjonijiet jitpoġġew quddiem nett fuq l- aġenda tal-pajjiz, fejn it- trejdunjins għandhom ukoll rwol strateġiku u important.
Riformi
Ir-riformi kienu u huma neċessarji biex tkun tista tilqa għal dawn l-isfidi u tiproġetta ruħha bħala trejdunjins moderna għas-seklu wieħed u għoxrin. Kien għalekk li segwejt b’interess it-tibdil fl-istrutturi u fid-dehra tal-GWU, il-ħidma ħabrieka tat-taqsimiet tagħha kif ukoll tas-sezzjoni taz-zgħazagħ tagħhom fejn fl-aħħar xhur irnexxilhom jattiraw lejhom mijjiet ta studenti.
It-taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi irnexxielha tippenetra ukoll swieq ġodda u tindirizza lill-ħaddiema f’oqsma tas-servizzi jew ħaddiema professjonisti b’mod individwali biex rat zieda qawwijja fil-membri tagħha. Min naħa l-oħra rat numru kbir ta ħaddiema f dan is-settur jitilqu trejdunjins oħra u jingħaqdu ma` din it-taqsima biex din ta l-aħħar terbaħ ir-rapprezentanza tal-ħaddiema kollha f`’numru ta organizzazzjonijiet u kumpaniji kbar u medji. Illum il-ġurnata din it-taqsima bdiet toffri servizzi individwali u ancillari ma` servizzi tradizzjonali oħra.
Opportunitajiet
Dan kollu jwassal lil-Union biex tibni fuq sisien u pedament sod li bniet matul l-aħħar snin. L-opportunitajiet, jekk tagħraf tisfrutthom, huma kbar. Altru milli kwistjoni ta relevanza, trejdunjins f`’Malta għandhom rwol vitali u strateġiku. Il-krizi ekonomika u finanzjarja internazzjonali bidlet kompletament il-perċezzjoni li kumpaniji, banek u azjendi kbar huma tant kbar li ma jistgħux ifallu. Ħaddiema f`’oqsma ta` speċjalizzazzjoni, professjonali jew dawk li jaħdmu fis-servizzi jew fil-media huma wkoll f’riskju daqs dawk li jaħdmu fl-oqsma tal-manifattura jew ħaddiema tal-id. Dan ifisser li l-Union trid tkompli tippozizzjona ruha bhala l-Union tal-white collar workers ukoll
Iktar minn hekk, il-Union tista tkompli issaħħah ir-rwol tagħha fl-istituzzjonijiet Ewropej. Illum il-ġurnata numru ta inizjattivi transnazzjonali jolqtu direttament lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin u għaldaqstant bl-aqwa raprezentanza fl-istituzzjonijiet Ewropew ikunu jistgħu jinfluwenzaw it-teħid ta deċizjonijiet fuq inizjattivi bħal aġenda Europe 2020 u EU Single Market Act. Naf kemm ir-raprezentant tal-GWU fl-EESC, is-Sur Michael Parnis jaħdem qatieh biex il-Union issemmha leħinha anke f dawn il-fora Ewropej.
Fuq kollox nemmen li l-ikbar sfida għal trejdunjins moderna fiz-zmien li ġej hi kif se jirnexxielha tkun proattiva fir-riformi kbar li se jseħħu fil welfare state kif nafuħ illum il-ġurnata, kif se tgħin biex jizdied l-investiment u x-xogħol u kif se tgħin lill-imprenditur jagħmel suċċess bil-għan li f`’Malta jkollna iktar xogħol u xogħol aħjar.
–
L-Ewropa tieghek
F` din il-pagna ta` darba f`xahar, AARON FARRUGIA se jwiegeb mistoqsijiet tal-qarrejja dwar temi marbuta mal-Unjoni Ewropeja. L-ghan ta` din il-pagna , bit-titlu l-Ewropa Tieghek, hu li l-qarrejja jiksbu iktar gharfien dwar id-drittijiet li taghtihom l-Unjoni Ewropeja u dwar xi jfissru ghalina l-Maltin id-decizjonijiet li jkunu qeghdin jittiehdu fi Brussell.
Ghalekk int imheggeg biex jekk ghandek xi mistoqsijiet dwar id-drittijiet tieghek bhala cittadin tal-Unjoni Ewropeja jew tixtieq taghrif dwar kif jahdmu l-istituzzjonijiet Ewropej tibghat email fuq farrugia.aaron@gmail.com bil-mistoqsija tieghek. Twegibiet jinghataw f` din il-pagna. Intant din il-gimgha Farrugia jwiegeb ghadd ta` mistoqsijiet marbuta mad-drittijiet li wiehed ghandu meta jivjagga. Drittijiet li hafna minnhom johorgu minn direttivi Ewropej.
Aaron Farrugia
aaron.farrugia@partitlaburista.org
Tweet








No comments yet. Be the first!