JOIN OUR
MAILING LIST




Continue to website >>

Blog

  • Blog b`differenza – X` minix lest nikteb

    Posted Oct 28th, 2011 By in Blog With | No Comments astonished

    Kwazi ghaddiet gimgha minn meta giet imnedija l-website tieghi. Xtaqt nirringrazzjakom mhux biss tal-kummenti li bghattuli izda wkoll talli ghaziltu li tkomplu taqraw dak li qed nikteb u dak li ghandi x`nghid. Illum xtaqt nitkellem dwar sezzjoni gdida fejn fiha se nkun qed nikteb dwar temi differenti. Mhux formalment f` artiklu. L-artikli tista taqrahom f` sezzjoni ohra.  F` dawn il-blogs nikteb fil-qosor, informalment bil-ghan li nwassal il-messagg tieghi bla kantunieri. Illum is-suggett hu il-blog innifsu. X` minix lest nikteb? Bhali taf li jekk irrid nigbed lejn il-website tieghi nofs Malta allura kull m` ghandi naghmel hu li nikteb dwar dak u l-iehor, f` forma ta` gossip. Ghaliex tahseb li l-gossip magazines  huwa l-iktar popolari? Ghax il-bniedem joghxa jaqra fuq x ghamel Toni u x` qal Frans.  X` libset dik, x qalet l-ohra fil-privatezza ta dara, xnieghat fuq it-tali minghand tal-grocer, xnieghat li tal-grocer ikun semghahhom minghand Cettina li tkun semghet xi haga minghand ohta Rita. Jew inkella nista ukoll noqoghod intella xi ritratti li dik u l-ohra tellghu fuq facebook bil-ghan li nirredikolhom. Ghalkemm dawn it-tattici jigbdu udjenza kbira, l-ghan li ninforma dwar temi ta` grajjiet kurrenti ma` nilhqux. Ghalekk iddecidejt li minflok immur ghal kwantita, se mmur ghal kwalita. Jew ghallinqas hekk nittama u jekk se niprova naghmel.

    Minix se nikteb dwar il-messaggier. Nippreferi nikteb dwar il-messagg. Minix se nikteb dwar il-passat. Nippreferi nitkellem dwar il-futur, anke ghax jidher li hawn numru kbir ta` blogs li donnhom wehlu fil-passat u ma jistghux johorgu minnu. Nostalgija? jista jkun. Se nipprova nikteb lill hinn mil-politika partiggjana bil-ghan li dan il-blog ma jispiccax xi fuljett jew notice board ta` xi partit. Kontroversji se jkun hemm izda l-kwalita u r-rispett lejn xulxin ghandha tibqa hemm. Ili snin insegwi numru ta` blogs kemm lokali u kemm barranin. Id-differenza hemm qeghda. L-istorbju u l-medjokrita li nisimghu u naraw fuq it-talk shows politici lokali tkompli fuq numru ta` blogs. Possibbli m`ahniex kapaci nitkellmu minghajr ma nitghajru? jew nitkellmu fuq is-suggett minflok ma ngibu li studio xi haga simili ghal kif kien Sirte gewwa l-Libja ftit tal-jiem ilu?

    L-istorbju li jtarraxlek widnejk tista imbad taqrah fuq blogs li minflok m` ghandhom l-ghan li jwasslu messagg, dawn l-interess taghhom huwa biss li jiskreditaw lill-certi nies jew lill-certi istituzzjonijiet. Inqas kliem u iktar azzjoni u allura ahjar nieqaf hawn.

    Qabel nitlaq. L-ikbar sfida se tkun dik kontra l-hin. Nispera li nsib cans li nzommkom aggornati u nikteb fuq bazi regolari. L-ambizzjoni, ix-xewqa hemm qeghda. Naraw.

     

    • delicious
    • digg
    • reddit

Leave a Reply


No comments yet. Be the first!