Jumejn ilu mort nara Dear Dom (cinema lokali). Qrajt hafna kummenti dwar dan il-film kemm qabel u kemm wara li rajtu. Fehmiet differenti hekk kif kien hemm fehmiet differenti (gewwa ir-Renju Unit) fuq il-film “The Iron Lady” awtobiografija ta Margaret Thatcher. Lill-hinn minn dawn il-kummenti li hafna minnhom nemmen li ma kienux korretti sa l-ahhar, l-analizi tieghi hi din: Il-film huwa wiehed medjokri. Filwaqt li wiehed kien jaf minn qabel li kien se jkun dokumentarju, nista nghid li like with like, Biografiji fuq TVM kien bil-hafna ahjar minnu. Il-film kien ibbazat fuq intervisti ma` numru ta` nies. F` Biografiji il-lista ta` nies intervistati kienet wahda itwal u ahjar, anke fl-ghazla taghhom.
Ghajr l-intervisti ma` Lino Spiteri u Psaila Savona, ma stajtx nifhem l-ghazla tan-nies l ohra. Ma nghidx li l-film ta stampa differenti, u nasal nghid li sa 3/4 tieghu kien gust. Sa dak il-hin prova jhallik taghzel int ixxaqlibx favur Mintoff bhala dak li bena Malta, hadem qatieh ghal foreign direct investment u nieda il-welfare state jew Mintoff li ghamel numru ta` zbalji, numru minnhom ekonomici fil-karriera politika tieghu. Izda fl-ahhar minuti il-film jibda jaghlaq billi jistaqsi jekk wiehed ghandux jahfirlu lill Mintoff ta` dak li ghamel bil-ghan li jaccerta li wiehed jitlaq b nota negattiva ta` Mintoff. Naqas zgur milli gab il-grajjiet tal-1997/1998 ghajr filmat ta sittin sekonda bil-follha tghajjar lill Mintoff traditur. Kien hemm filmati li qatt ma rajthom qabel izda naghlaq minn fejn bdejt – Film medjokri b agenda li fl-ahhar minuti jiskredita lill-Perit Dom Mintoff u il-hidma tieghu. 2/10.






